Xahar ġdid, pass eqreb lejn in-normalità iżda b’ħarsien ta’ miżuri oħra u rilaxx ta’ oħrajn.
Mil-ewwel ta’ Ġunju l-ajruport fetaħ b’mod uffiċjali għat-turiżmu f’sajf li mistenni jkun wieħed tajjeb għan-negozji wara li issa pajjiżna laħaq l-immunità għall-virus tal-Covid-19.
Fil-fatt il-programm tat-tilqim ta’ pajjiżna fisser li Malta issa bdiet idawwar ir-rota ekonomika b’rilaxx ta’ miżuri iżda oħrajn li jibqgħu importanti, bħall-ħarsien tad-distanza soċjali u l-ilbies tal-maskri, iżda mhux kullimkien.
Fil-fatt mill-bidu ta’ Ġunju, l-ilbies tal-maskri m’għadux wieħed obbligatorju fuq il-bajjiet.
Fil-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan ilmaħna bosta turisti u nies oħra li ħassewhom iżjed komdi li m’hemmx il-ħtieġa jilbsu maskra f’sajf fejn f’Malta jkollna xemx taqli l-ankri.
Uħud mit-turisti li ltqajna magħhom stqarrew magħna:
- “It’s very good because now it’s hot in Malta.”
- “I personally can’t breathe with this heat and humidity with the mask on.”
Kien hemm dawk li saħqu li l-ambjent ta’ fejn il-baħar huwa wisq sabiħ u għalhekk jistgħu jgawduh aħjar mingħajr l-maskra:
- “I can feel the air and feel the sea and simply feel like on holiday and not in the middle of the pandemic”
- “I think I can sniff the ocean better, it’s smells pretty cool.”
Turist ieħor Ġermaniż, li kien qiegħed fuq btala mal-familja, stqarr li r-rilaxx ta’ din il-miżura tal-ilbies tal-maskra żżid il-kumdità tal-persuna għaliex wieħed ikun jista’ jikkomunika aħjar.
Huwa qalilna, “You can’t do things and you can’t understand other people and it’s better I think.”
Filwaqt li uffiċjal tal-pulizija kien preżenti fil-bajja beda jfakkar lin-nies li issa m’hemmx obbligu li jilbsu l-maskri, żewġ tfaljiet li kellimna qalulna b’daħka fuq fommhom li r-rilaxx tal-miżura tal-maskri hija tajba għal dawk kollha li jħobbu jixxemxu minħabba raġuni partikolari.
It-turisti komplew jgħidulna:
- “Really nice because now we can enjoy and soak up some sun without a mask and we won’t have the mark of the mask on our face it’s really nice yeah.”
- “Because I don’t want to have a mask tan line personally that’s why.”