F’reazzjoni mal-midja barra l-Qorti fil-Belt, iben Daphne Caruana Galizia, Matthew Caruana Galizia qal kif jinsab kuntent kif l-Iskwadra tal-Omiċidji, l-Avukat Ġenerali fost bosta entitajiet oħra baqgħu magħqudin u ħadmu qatigħ biex din id-deċiżjoni kienet possibbli.
Sostna kif kulħadd ġibed ħabel wieħed sabiex issir ġustizzja.
Fil-messaġġ tiegħu hu rringrazzja lit-tim legali tal-familja kif ukoll kull persuna u entità li kienet ta’ appoġġ miegħu u l-familja tiegħu.