L-imsieħba soċjali esprimew sodisfazzjon għad-diskussjoni li għaddejja dwar il-baġit 2017. Wara laqgħa ta’ jum, fejn semgħu u tkellmu dwar il-proposti ta’ xulxin, l-imsieħba soċjali tkellmu b’mod pożittiv dwar id-djalogu fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali. Fil-filmat uħud mir-reazzjonijiet.