Kumitati reġjonali, kumitati eżekuttivi u kunsilli lokali se jkunu jistgħu jgawdu minn iktar pjanar fit-tul.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo qal li se jkunu jistgħu jissottomettu l-applikazzjonjiet għal proġetti li se jsiru tliet snin oħra. Għal dawn il-proġetti hemm €750,000 allokati fuq tliet snin.
Il-konferenza tal-aħbarijiet immarkat għeluq l-għaxar snin mit-twaqqif tal-fond għall-kultura.