Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex għandhom sfida. Iridu joħorġu bi proposti u miżuri biex jippromwovu l-mobilità sostenibbli u l-użu aħjar ta’ spazji urbani. L-aħjar żewġ miżuri se jirċievu fondi ta’ €50,000 u €30,000.
Dan kollu bħala parti mill-European Mobility Week li se ssir bejn is-16 u t-22 ta’ Settembru, bit-tema “Smart mobility, smart economy, an investment for Europe”. Minbarra l-invit għall-Kunsilli Lokali, se jsiru attivitajiet oħra bħal car free day u ġirja nazzjonali bir-roti.
Dan kollu tħabbar mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastrutura Joe Mizzi u l-Ministru għall-Iżvilupp sostennibli Jose Herrera.
Il-kordinatur nazzjonali Peter Paul Barbara spjega kif jaħdem il-kunċett ta’ car pooling, mezz wieħed ta’ kif il-mobilità tista’ tkun sostenibbli.
https://www.youtube.com/watch?v=njmsPV9uUiE