Fl-istess jum li ħareġ rapport pozittiv partikolarment dwar is-settur tax-xogħol, waqt sessjoni oħra fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista spikkat n-negattività u d-dadigħa ta’ kliem kontra Malta.
Spikka intervent ta’ Emvin Bartolo kunsillier tal-Mellieħa u li ilu jimmilita fil-Partit Nazzjonalista għal snin twal, li fost iċ-ċapċip tal-Kap Adrian Delia, qal dikjarazzjoni surreali.Fost il-kelliema l-oħra, kien hemm il-kunsilliera Doris Borg li ikkontestat l-elezzjoni ġenerali tas-sena l-oħra.
Borg qalet li l-Gvern falla fis-sistema ta’ trapsort b’xejn għall-istudenti kollha lejn u lura mill-iskola.
Minn din l-iskema qed jibbenefikaw tmienja u għoxrin elf student fejn il-ġenituri tagħhom qegħdin jiffrankaw minn seba’ mitt ewro fis-sena għal kull student.
Intant bħal fil-ġranet l-oħra, fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista spikka l-messaġġ li x-xemx niżlet hekk kif intemmu l-ħamsa u għoxrin sena ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti.