Meta dalgħodu ltaqa’ l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista spikkaw interventi li ddefendew l-iskema ta’ self sigriet tal-Partit Nazzjonalista. Fosthom ta’ Ann Fenech, il-moħħ wara din l-iskema, li ddeskriviet l-iskema bħala waħda professjonali u li m’hix kontra l-liġi tal-finanzjament tal-partiti politiċi.
Quddiem problema fejn ftit kienu n-nies li marru biex isellfu, anke wara li s-Segretarju Ġenerali qalet li m’hemm xejn garantit, Ann Fenech qalet li għas-self se jagħmlu tajjeb bil-proprjetà. It-teżorier tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione, qal li huma l-pensjonanti li qed isellfu flus. Flus li skont hu nkisbu bl-għaraq ta’ xbinhom. Intant, bosta kelliema oħra ddefendew is-sehem tagħhom f’deċiżjonijiet li jqajjmu kwistjonijiet etiċi. Fosthom l-eks Ministru Tonio Fenech u Francis Zammit Dimech li joffru servizzi lill-kumpaniji offshore, bis-servizz li jissemma fil-każ Zammit Dimech huwa wkoll parti minn Panama Papers.
Ritratt: Partit Nazzjonalista