Miċ-Ċittadella f’Għawdex għall-forti sant Anġlu fil-Birgu. Iż-żewġ postijiet li nhar is-sibt 13 ta’ Mejju se jilqgħu l-kungress tal-partit laburista.
Dakinhar membri tal-Partit Laburista u l-pubbliku għandhom iċ-ċans iressqu l-ħsibijiet tagħhom biex jiġu inklużi mal-linji gwida tal-Politika tal-Partit Laburista għall-Manifest Elettorali.
Il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef stqarr li l-kungress huwa turija ċara ta’ kemm il-Partit Laburista għandu l-bibien miftuħa u jisma’ dak li jrid il-poplu.