Il-Ġnus Maqgħuda qalet kif il-ġlied fir-reġjun ta’ Tigray fl-Etjopja wassal biex erba’ mitt elf persuna jispiċċaw ibatu l-ġuħ.
Fl-ewwel laqgħa pubblika li trattat din il-kriżi, membri mill-Kunsill tas-Sigurtà fi ħdan il-Ġnus Maqgħuda qalu kif tlieta u tletin tifel ġew trattati b’mod mhux xieraq u spiċċaw fi stat ħażin ta’ saħħa.
Uffiċċjali oħra qalu kif kważi żewġ miljun persuna oħra qegħdin fix-xifer li jispiċċaw ukoll ibatu l-ġuħ kawża tal-ġlied.
Il-kunflitt bejn il-Gvern u r-ribelli ta’ Tigray li dam għaddejj għal tmien xhur sħaħ, ħalla eluf ta’ persuni mejta.