Il-President tal-Liga Spanjola Javier Tebas jinsab kunfidenti li l-Kampjonati Spanjoli jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin minkejja n-numri ta’ persuni milquta bil-Covid 19 li qed jiżdid ġurnata wara oħra. Tebas qal li uffiċjali mill-klabbs ser ikunu qed jiltaqaw fil-ħin li ġej sabiex jiġi iffissat l-kalendarju għal kumplament tal-istaġun.
Il-Kampjonati Spanjoli huma sospiżi sal-4 t’April hekk ki bħalissa Spanja tinsab f’lockdown.
Għada ser tkun qed isir laqgħa importanti ħafna bejn il-membri kollha tal-UEFA sabiex jiġi diskuss l-kumplament tal-kalendarju tal-kampjonati domestiċi kif ukoll l-Euro 2020.