Ir-Royal Malta Yacht Club ospita l-Kampjonati Nazzjonali tal-Ibburdjar, taħt l-awspiċji tal-Malta Sailing Federation f’kundizzjonijiet diffiċli. Dawn il-kundizzjonijiet ilhom isegwu dan l-avveniment mis-sena li għaddiet, meta l-maltemp fid-dati skedati qabel ġiegħlu lill-organizzaturi jipposponu.
Nhar is-Sibt, il-kundizzjonijiet tat-temp għall-ewwel jum ta’ tlielaq għamlu x-xogħol tal- lill-Kumitat tat-Tlielaq diffiċli meta kienu ffaċċjat b’riħ mill-Punent Majjistru, li kien qed jonfoħ sa 34 il-mil nawktiku fi-siegħa u l-imbatt kien ferm aktar minn żewġ metri. Dawn il-kundizzjonijiet fissru li l-Klassi ILCA 7 biss, setgħet tittellaq u nżammew żewġ tiġrijiet wara nofsinhar.
Il-Ħadd it-temp wera li kien ser jkun kemmxejn aħjar, għalkemm xorta waħda diffiċli. Fil-għodu l-kundizzjonijiet ta’ riħ kieu baxxi ħafna u b’ħalbiet tax-xita qawwija. Ir-riħ inbidel lejn il-Majjistral, u żdied għal madwar 25 mil nawtiku fis-siegħa. Dan fisser li l-Klassijiet kollha rnexxielhom jitellqu in-numru meħtieġ ta’ tiġrijiet ta’ kwalifikazzjoni.
Il-Kumitat tat-Tlielaq, immexxi mill-International Race Officer Ron Barak, iddisinja żewġ korsijiet: wieħed għall-klassijiet Optimist u RS Feva u ieħor għall-klassijiet ILCA u l-flotta SB20.
Optimist Beginners
Matteo Mamo rebaħ zewg tiġrijiet u kklassifika fit-tieni post f’waħda mit-tlielaq biex kiseb distakk ta’erba’ punti bejnu u George Villette li kiseb it-tieni post f’żewġ tlielaq. Daniel Mizzi, rebaħ it-tieni tiġrija, iżda minħabba s-sitt post fl-aħħar tiġrija kellu jikkuntenta bit-tielet post.
Optimist Senior u Cadet
Timmy Vassallo rebaħ il-klassi b’marġni ta’ żewġ punti quddiem Jonas Micallef. Vassallo kiseb żewġ l-ewwel postijiet fit-tieni u t-tielet tiġrija. Bidu mhux daqstant positiv għal Daniyl Mykhailichenko rawh jirkupra fit-tieni u t-tielet tellieqa biex kiseb it-tielet post.
ILCA 4
Benjamin Vassallo ta prestazzjoni konsistenti tul u rebaħ it-tliet tiġrijiet dakinhar. Warajh Jake Mallia wkoll ta prestazzjoni kostanti b’żewġ it-tieni postijiet, filwaqt li Domenico Procopio temm il-podju wara li spiċċa fit-tielet post.
ILCA 6
Matthew Flores rebaħ il-klassi wara li kellu jħabbat wiċċu ma’ Dimitrios Vertsonis b’saħħtu, it-tnejn jikkompetu biex jirbħu l-klassi. Penalty miksuba fl-ewwel tellieqa kienet tiswa għalja għal Vertsonis, hekk kif eventwalment niżel fir-raba’ post. Punt issepara lil Flores u t-tieni post kien Kurt Borg, li kien rebaħ l-ewwel tiġrija. Fit-tielet post spiċċat Lara Merten.
ILCA 7
Din il-flotta kienet magħmula minn baħrin internazzjonali li bħalissa qegħdin f’kamp ta’ taħriġ fir-Royal Malta Yacht Club. Magħmula minn Medalisti Olimpiċi, Olimpiċi u baħrin tal-klassi tal-kelma, il-Klassi intrebħet mill-Kroat Filip Jurišic, Midalja tal-Bronż fil-Kampjonati tad-Dinja tal-ILCA 7 Irġiel is-sena l-oħra, li b’żewġ rebħiet minn erba’ tiġrijiet kien sitt punti vantaġġ mill-Midalja Olimpika Tonci Stipanovic. . Fit-tielet post kien Pavlos Kontides. Iż-żewġ baħrin tal-aħħar huma familjari mal-ibħra Maltin peress li regolarment jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-Yach Club.
RS Feva
Il-flotta double handed rat lil Luke Ransley u Michael Church imexxu l-flotta, u kisbu rebħiet fit-tliet tiġrijiet kollha. Warajhom kien hemm Michaela Vertsoni u Nicole Zeiger. Iż-żewġ timijiet ikkompetew fit-tliet tiġrijiet, b’Andre Fenech u Nathan Buttigieg Gili fit-tielet post jikkompetu biss fl-ewwel żewġ tiġrijiet.
SB20s
Id-dgħajjes tat-Team Chiara u tal-MSYC kellhom ekwipaġġ b’baħrin offshore b’esperjenza kbira, bil-maġġoranza kienu kkompetew fir-Rolex Middle Sea Race, Rolex Fastnet, u Rolex Sydney Hobart Races. Għalkemm inqas esperjenza u għadhom qed jieħdu ħsieb id-dgħajjes, ekwipaġġi oħra dejjem kienu viċin warajhom, u tlielaq tekniċi veloċi seħħew it-triq kollha. It-tim Chiara, immexxi minn Steve Carter, Andrea Vella, u Daniel Fenech, ħarġu rebbieħa. It-tim MYSC, immexxi minn Greg Mifsud, Emilie Gregory, u Patrice Pace, iddebuttaw fl-SB20 fit-tieni post rispettabbli. Fit-tielet post spiċċaw it-tim Careful Now, misjuq minn Guy Baranyay, Greg Szabo and Florin Chitic.
Il-Kampjonati Nazzjonali kienu avveniment ewlieni għall-baħrin lokali li qed jimmiraw li ikunu parti mill-kontinġent Malti f’Ġunju, waqt il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, li se jsir f’Malta f’Ġunju.
“Il-Malta Sailing Federation hija kuntenta li għal darb’oħra l-Kampjonati Nazzjonali ħarġu l-aqwa elementi tal-baħrin Maltin. It-titjib fil-livell tat-tbaħħir huwa tant evidenti u jawgura tajjeb għall- Logħob f’Ġunju. Nifraħ lill-Clubs u l-kowċis tagħhom għal dan l-isforz, u grazzi lir-Royal Malta Yacht Club talli jospita avveniment daqshekk kbir,” ikkummenta Michael Mifsud, President, Malta Sailing Federation.
Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premijiet saret fil-Yacht Club fil-preżenza tal-President tal-Kunsill Reġjonali Lvant, Anthony Chircop, u d-Deputat President u Sindku Ta’ Xbiex Max Zammit. Il-Kunsill Regjonali Lvant li nħatar Reġjun Ewropew tal-Isport 2023 appoġġja dan l-avveniment.
“Għalkemm it-temp ipprovda sfida lill-baħrin u lill-maniġment tat-tiġrijiet, il-Club jinsab sodisfatt ħafna bl-eżitu ta’ dawn il-Kampjonati. Huwa dejjem ta’ pjaċir għalina fil-Club li nilqgħu lil sħabna minn Clubs lokali u internazzjonali” irrimarka David Cremona, Commodore, Royal Malta Yacht Club. “Nixtiequ nirringrazzjaw lill-Kunsill Reġjonali Lvant talli sponsorjaw dan l-avveniment u lill-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex talli appoġġjawna. M’hemmx għalfejn ngħidu li dan l-avveniment ma jkunx possibbli mingħajr l-erbgħin voluntier li kkontribwew il-ħin u il-kompetenza tagħhom matul l-avveniment”