Kundizzjonijiet tat-temp mhux stabbli ħarbtu l-iskeda tat-tiġrijiet matul it-tieni jum tal- Yachting Malta BSC International Regatta. Minkejja l-kundizzjonijiet ta’ sfida, l-Uffiċjali tat-Tlielaq Miguel Amaral u Bojan Gale u l-Kumitat tat-Tlielaq stabbilixxew korsijiet li kienu jisfruttaw irjieħ stabbli li jippermettu lill-flotot li jtellqu.
Filwaqt li l-flotta ILCA setgħat tlesti tliet tiġrijiet, ir-riħ kien qed jinbidel kontinwament fil-korsa tal-Optimist, b’hekk kien diffiċli biex jibdew it-tlielaq, tant li wasslu biex l-Uffiċjal tat-Tlielaq Miguel Amaral jiġi mġiegħel jagħmel żewġ recalls ġenerali. Dan irriżulta li l-Klassi Optimist setgħet tagħmel żewġ tiġrijiet biss illum.
Ir-riżultati proviżorji wara jumejn ta’ tiġrijiet huma dawn li ġejjin:-
ILCA 4:
Timmy Vassallo (MYSC) baqa’ jtellaq b’mod konsistenti, u spiċċa l-ġurnata fl-ewwel post. . Laidon Buhagiar (BSC) li spiċċa fir-raba’ post wara l-ewwel ġurnata ta’ tlielaq tela’ fit-tieni post quddiem Harry Fairbairn (MYSC) li llum spiċċa fit-tielet post, b’punt wieħed biss jifirdu minn Buhagiar.
ILCA 6:
Minkejja li spiċċa fit-tielet post fl-ewwel tiġrija, Benjamin Vassallo (MYSC) żamm il-vantaġġ wara li rebaħ l-aħħar żewġ tiġrijiet tal-ġurnata, erba’ punti qabel Lacey Aquilina (BSC) li tinsab fit-tieni post. Aquilina għamlet prestazzjoni konsistenti matul il-ġurnata, u kisbet ħames punti vantaġġ fuq Matthew Debono (MYSC) li jinsab fit-tielet post.
ILCA 7:
Ma kien hemm l-ebda tibdil mill-post ta’ tmiem il-ġurnata tal-bieraħ hekk kif Shaun Aquilina (BSC) kompla bil-ġirja tiegħu mingħajr telfa. Crispin Peresso(BSC) u Julian Elwood (RMYC) żammew it-tieni u t-tielet post.
Optimist Beginner:
Jeremy Decelis (BSC) u Ella Grech żammew l-ewwel u t-tieni post wara t-tieni jum ta’ tlielaq. Fit-tielet post spiċċat Juanita Darmanin (BSC).
Optimist Cadet:
Il-ġirja bla telfa ta’ Villams Osipovs (TJK-FVR) twaqqfet illum, iżda xorta waħda qed jżomm l-ewwel post proviżorju quddiem Emir Tombuloglu (Galatassaray) u Ethan Kodjaazliev (RMYC) li spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.
Optimist Senior:
Andrei Zhakov (BSC) żamm l-ewwel post proviżorju, madankollu Thomas Wilson għeleb lil Matthias Spiteri (MYSC) u Jonas Micallef (RMYC) biex ħa t-tieni post quddiem Spiteri, b’vantaġġ ta’ żewġ punti.
Ir-riżultati kollha huma proviżorji. It-tiġrijiet jerġgħu jibdew għada fl-1100hrs.
L-avveniment huwa appoġġjat minn Yachting Malta, Visit Malta, Kunsill Lokali Birzebbuga, Veleria 3 Fl, Malta Optimist Academy, RLR Yachting, u SportMalta, il-Yachting Malta BSC Regatta ssir taħt l-awspiċi tal-Malta Sailing Federation.