Ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u l-General Workers’ Union, li se jwassal biex il-ħaddiema tas-Sovrintendenza jgawdu minn żidiet fil-pagi, miżuri mmirati lejn bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u benefiċċji oħra.
Il-Kap Eżekuttiv tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, Kurt Farrugia semma l-importanza ta’ dan il-ftehim.
“U dan qiegħed jissarraf illi qed naraw żidiet fis-salarji permezz ta’ żidiet fil-paga, kif ukoll rajna l-introduzzjoni ta’ bonuses u allowances. Qegħdin inħarsu wkoll li jkun hemm progress fil-ħaddiema tal-impjegati billi daħlu skali ġodda fl-organizazzjoni ta’ din l-entità.”
Għal dan l-iffirmar kien hemm preżenti l-Ministru għall-Arti, Owen Bonnici, li spjega kif dan il-ftehim kollettiv hu pass importanti biex ikomplu jissaħħu l-professjonijiet tal-qasam tal-wirt kulturali.