Permezz ta’ ftehim kollettiv, il-ħaddiema tas-CRPD ser igawdu minn titjib sostanzjali fil-kundizzjonijiet ta’ xogħol tagħhom.
Fost it-titjib ta’ kundizzjonijiet hemm żieda fil-paga għall-iskali kollha, introduzzjoni ta’ leave speċjali għall-istudju relatat max-xogħol jew il-qasam tad-diżabilità, u aktar opportunitajiet ta’ progressjoni fil-karriera fi ħdan l-istess CRPD.
Il-kummissarju, Oliver Scicluna, stqarr li filwaqt li dan il-ftehim ser isaħħaħ din l-istess kummissjoni, ser itejjeb ukoll il-ħajja tal-ħaddiema tas-CRPD.