Il-General Workers’ Union u l-Arċidjoċesi ta’ Malta ffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tad-dar tal-anzjani tal-Knisja ‘Holy Family Home’. Permezz tal-ftehim tjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema, fosthom żidied fis-salarji, titjib fil-bonuses u benefiċċji finanzjarji oħra.
Is-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi, tal-GWU, Jeremy Camilleri stqarr li l-ftehim se jgħin biex jitjieb is-servizz fid-dar tal-anzjani u d-dar tkun tista’ tikkompeti fis-suq lokali, li huwa wieħed kompetittiv ħafna.
“Nemmen lirnexxielna niksbu pakkett tajjeb għall-ħaddiema u fl-istess waqt id-dar tal-anzjani Holy Family Home tkun f’pożizzjoni li toffri servizzi ta’ kwalità f’suqli kull ma jmur qed ikun wieħed kompetittiv.”