Demokratiċi Amerikani kkundannaw tweet tal-President Amerikan Donald Trump, wara li ditta tal-ħwejjeġ ma baqgħatx tbiegħ affarijiet tad-ditta ta’ bintu Ivanka. Trump kiteb “Ivanka has been treated so unfairly” mid-ditta Nordstrom.
Senatur Demokratiku qal li kienet kitba mill-akttar mhux xierqa għal President, u kelliema speċjalizzati fl-etika fil-White House qalu li l-kumment kien ‘outrageous’.
Aktar kmieni dan ix-xahar, il-kumpanija Nordstrom saret il-ħames waħda li waqqfet il-ħwejjeġ ta’ Ivanka, minħabba li ma kienx hemm biżżejjed bejgħ tagħhom. Iżda l-pass ittieħed ukol f’kuntest fejn ħafna prodotti ta’ Trump qed jiffaċċjaw boycott.