“Bullies u nies li jagħtu fastidju jużaw dawn l-għodod ta’ intimidazzjoni sabiex iġgħalu lill-vittmi tagħhom iħossuhom insinifikanti u bla saħħa.“
Hekk saħħqet iċ-ċerpersin tal-konfederazzjoni Maltija għall-organizzazjoni tan-Nisa, Lorainne Spiteri li f’post li tellgħet fuq facebook qalet li tgħajjar mara bħala ‘prostituta jew qaħba jew kwalunkwe isem sesswali ieħor jirrifletti suġġerimenti li l-mara għandha tkun iddominata mir-raġel u sabiex issir ħsara lill-integrità tal-mara.
Dan qalitu b’reazzjoni għall- mod kif Godfrey Leone Ganado, permezz tal-avukat mill-fazzjoni tal-eks kap nazzjonalista, Andrew Borg Cardona prova jiġġustifika l-offiża tiegħu fil-konfront tas-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar, li kien għajjar ‘prostituta’.
“However, Ħamalli, prostitutes and call girls, have the right to be represented in Parliament” kien kiteb Godfrey Leone Ganado fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar.
Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello il-Ħamis filgħodu, Andrew Borg Cardona qal li dan l-insult għamel lil Rosianne Cutajar aktar popolari u m’għandiex għalfejn tħossha mmalafamata.
Il-kummissarju għall-promozzjoni tal-ugwaljanza, Renee Laiviera stqarret kif f’riċerka li saret mill-kunsill ewropew dwar il-fastidju sesswali li jaffaċjaw persuni fil-politika instab li 58% tan-nisa fil-politika li għandhom anqas minn erbgħin sena qalu li ġew iffastidjati sesswalment anke permezz ta’ dan it-tip ta’ tgħajjir.
“Terz minn dawn in-nisa qalu li mhux ser jibqgħu iktar fil-politika għaliex sabuha wisq, li trid taffaċċja dawn l-affarijiet għaliex finalment għaliex għandek taffaċjaw dawn, jekk int qed tagħmel xogħlok għax jekk int qiegħda fil-politika inti dan huwa xogħlok.”
Spjegat kif filwaqt li pajjiżna qiegħed iħejji riforma sabiex jiżdiedu n-nisa fil-politika wieħed irid joqgħod attent li bl-għaġir tiegħu ma jkunx qed ibiegħed iktar lil-mara min dan il-qasam.