L-Isptar Mater Dei ċaħad kategorikament l-istorja ppubblikata fuq is-sit tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista, Net News, bit-titlu “Pazjent imut fil-kuritur tal-Emerġenza wara li ma nstabx il-file antik tiegħu”.
Fi stqarrija ġie kkonfermat mill-isptar, li din l-istorja hija xniegħa qarrieqa u li l-proċeduri tal-isptar fl-ebda mument ma jwaqqfu l-kura tal-pazjent jew jipprekludu lill-pazjent milli jiddaħħal f’sala minħabba proċeduri relatati mal-file tal-pazjent.
Il-Ministeru għas-Saħħa kkundanna rappurtaġġ fittizju li mhux biss joħloq allarm fost il-pubbliku, imma jpoġġi wkoll dawl ikrah fuq il-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei li jaħdmu lejl u nhar biex isalvaw il-ħajjiet.
Il-Ministeru għas-Saħħa rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Emerġenza tas-servizz tagħhom.