Nhar il-Ħadd 2 ta’ Jannar fis-6:30 ta’ filgħaxija ġewwa l-Kolleġjata tal-Belt ta’ Bormla ser jitella’ kunċert orkestrali taħt id-direzzjoni tal-Bormliż Etienne Spiteri. Fost l-għanjiet ta’ dawn iż-żminijet, ser ikun hemm ukoll xogħolijiet klassiċi bħal Una Furtiva Lacrima. Jingħaqdu mal-Orkestra, it-tenur George Zammit u l-klarinettista Jessica Ellul. Fost il-kompożizzjonijiet esegwiti ser naraw ukoll xogħol tas-Surmast Etienne Spiteri.
Dan il-kunċert ser ikompli jservi ta’ tiġdid u tisħiħ lit-talent lokali Malti u Għawdxi. Dan il-kunċert ser ikun possibli bil-għajnuna tal-Fondazzjoni Kottonera. Minħabba r-restrizzjonijiet u r-regolamenti tas-saħħa, l-pubbliku huwa ġentilment mitlub li jirriserva l-postijiet tiegħu fuq cospicuaconcert@gmail.com