Nhar l-1 ta’ Diċembru 2018 ser jittella’ kunċert li l-qliegħ kollu se jmur għaċ-‘Children’s Fund’ li minnu jitqassmu fondi għal tfal vulnerabbli.
Il-Ministru għal familja tfal u solidarjetà soċjali Michael Falzon qal kif din l-inizjattiva turi li għandna Gvern li jaħdem flimken u mhux kukħadd għal rasu.
Appella lil dawk kollha li wegħdu rigal fiċ-children’s dream sabiex iżommuha.
Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li huwa tajjeb li permezz tal-kultura ningħaqdu biex ngħinu lil minn għandu bżonn.