Hekk kif riesaq l-20 anniversarju mit-twaqqif tagħha, il-Malta Enterprise qed torganizza kunċert bl-isem ‘Laudete Dominum’ nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Il-kunċert ta’ mużika varjata, li jibda fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija, għandu wkoll l-għan li jiġbor fondi b’riżq l-organizzazzjoni tal-karità Children in Need, li taħdem ma’ tfal vulnerabbli.
Il-programm mużikali taħt id-direzzjoni tas-Surmast Christopher Muscat se jara s-sehem tat-tenur Cliff Zammit Stevens, is-soprano Nicola Said, il-kor Pueri Cantores Jubilate Deo, immexxi minn Daniela Ellul, u l-organista tal-Kon-Katidral Ronald Camilleri.
Aktar dettalji u biljetti jinkisbu minn fuq is-sit uffiċjali tat-Teatru Manoel.