L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina A.D.1947 tal-Mellieħa se tkun qed ittella’ l-kunċert annwali tagħha fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Marija Bambina nhar is-Sibt 1 ta’ Settembru fit-20.00 fil-pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa. Dan il-kunċert se jkun mżewwaq b’diversi tipi ta’ mużika, minn stil klassiku sa dak modern, li se jolqot l-gosti ta’ kulħadd. Il-kunċert mużikali li ilu jigi mtellgħa mill-1992, se jkollu kantanti, żeffiena, kor u orkestra u diversi protagonisti oħra fosthom Claudia Faniello, Chris Grech, Myles Finch u Paul Curmi Dancers. F’dan il-kunċert mużikali, Mro. Kenneth Fenech se jkun qed jgħaddi l-bakketta b’mod uffiċċjali lil Mro. Michael Bonanno. B’hekk wara sbatax –il sena ta’ tmexxija mużikali minn Mro. Kenneth Fenech, Mro. Michael Bonanno se jkun maħtur surmast direttur tal-kor u l-orkestra propju waqt dan il-programm mużikali annwali. Dan il-kunċert huwa miftuħ għall-pubbliku.
Ta’ min jgħid ukoll li d-daqq li jsir fil-knisja Arċipretali tal-Mellieħa kemm ta’ lejliet kif ukoll ta’ nhar il-festa huma fir-responsabilta’ tal-kor u l-orkestra tal-istess Għaqda. Il-mużika tal-quddies u l-għasar li jindaqqu fil-festa, hija kompożizzjoni tal-eks-surmast tal-Għaqda Mro Carmel Muscat, filwaqt li ż-żewg antifoni huma ta’ Mro. Carmel Muscat u t’Aronne Sultana. Id-direzzjoni mużikali se tkun ta’ Mro. Michael Bonanno