Nhar it-Tlieta 25 ta’ April fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija, il-Banda tal-Korp tal-Pulizija se tkun qed ittella’ kunċert vokali u strumentali ta’ Mużika Sagra fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Dan il-kunċert se jsir fl-okkażżjoni tal-100 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda tal-Pulizija, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u l-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
Taħt id-direzzjoni tad-Direttur tal-Banda, Maestro Anthony Cassar, se jieħdu sehem is-Sopran Ruth Sammut Casingena, it-Tenur Charles Vincenti, il-Vjolinista Mario Ciantar, iċ-Ċellista Kristina Dimic, l-Arpista Dr Lydia Buttigieg, u l-Organista Dr Chris Rolè, flimkien mal-Kor Cappella Musicale Ceciliana. Il-kunċert se jitmexxa mis-Sur Joe Dimech.
Id-dħul għal dan il-kunċert huwa b’donazzjoni ta’ €12 b’risq id-Dar tal-Providenza.
Wieħed jista’ jikseb il-biljetti minn: https://www.showshappening.com/The-Malta-PoliceForce/Christus-Resuscitatus-Vivicat
