Nhar il-Ħamis 17 ta’ Novembru, il-banda tal-Partit Laburista se ttella’ kunċert fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun.
Dan bis-sehem ta’ diversi kantanti rinomati li jkantaw mal-banda tal-Partit Laburista.
Dwar dan il-kunċert, tkellimna mas-Surmast tal-Banda tal-Partit Laburista, il-Maestro David Agius.
Qal, “Il-lejl ta’ spettaklu ħa jkun hemm il-mużika ovvjament mill-Banda tal-Partit Laburista li għandna running order veru interessanti minn diversi kantanti li ħa jkunu qegħdin jipparteċipaw mal-banda tagħna li huma rinomati u ta’ ċertu fama.”
Fost il-kantanti li se jkantaw mal-banda tal-Partit hemm Mary Spiteri, is-soprani Rosabelle Pavia u Karen Camilleri u t-Tenur Alan Sciberras.
Qal, “Waqt il-kunċert ħa jkun hemm features rigward l-istorja tal-banda tal-partit, li hija interessanti ħafna għall-fatt li tamalgama mal-istorja mbagħad tal-Partit Laburista. Infatti, il-banda ilha mwaqqfa għal 91 sena.”
Dan il-kunċert se jibda fis-sebgħa ta’ filgħaxija.
Wieħed jista’ jixtri l-biljetti miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista jew iċempel fuq 21249900. Kull biljett jiswa għaxar ewro.