Nhar il-Ħadd li ġej, fl-okkażjoni tal-210 anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, il-Banda tal-Korp tal-Pulizija se ttella’ kunċert spettakolari fit-Teatru Manoel, il-Belt Valletta.
Dan il-kunċert bl-isem ta’ “The Grand Anniversary Concert”, li jibda fit-8:30 ta’ filgħaxija, taħt id-direzzjoni tad-Direttur tal-Banda, Maestro Anthony Cassar, se jkollu mistieden speċjali, it-tenur internazzjonali Gabriel Arce mill-Arġentina, flimkien mas-soprana Claire Caruana, il-kantant Neville Refalo u Kor Malta.
Il-kunċert se jsir taħt il-patronċinju tal-President ta’ Malta u d-dħul kollu se jmur b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
Bookings għal dan il-kunċert minn fuq is-sit elettroniku: teatrumanoel.mt.