Il-Banda tal-Korp tal-Pulizija, taħt id-direzzjoni tad-Direttur tal-Banda, Maestro Anthony Cassar u tal-Logutenent Maestro Dario Salvi, se ttella’ Kunċert Vokali u Strumentali ta’ Mużika Sagra għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa.
“In Getsemani” se jittella nhar il-Ħamis, 21 ta’ Marzu, 2024, fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, b’riżq id-Dar tal-Providenza.
Jieħdu sehem : is-Sopran Claire Caruana, it-Tenur Angelo Muscat, l-Arpista Dr Lydia Buttigieg, il-Vjolinista, Sassofonista u Kantawtur David Joseph Sammut, kif ukoll tal-Organista Dr Chris Rolè u l-Pipers Stefan Mercieca u Joseph Damato.
B’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, id-dħul għal dan il-kunċert huwa ta’ €10.
Biljetti għal kunċert “In Getsemani” jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku IN GETSEMANI | ShowsHappening