Wara li l-ewwel kunċert tagħhom inbiegħ f’temp ta’ 48 siegħa, illum The Travellers ħabbru li ser ikunu qed jagħmlu kunċert ieħor fit-30 t’Ottubru f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi fil-Belt Valletta.

Waqt dan il-kunċert, il-grupp popolari ser ikun qed jinterpreta l-aħħar kanzunetti mill-album tagħhom, fosthom il-ġdida ‘Inżul u Tlajja’
Dawk interessati għal dan il-kunċert, jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ The Travellers permezz ta’ e-mail fuq: thetravellersmalta@gmail.com
