Fil-5 ta’ Lulju, għal sena oħra s-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani taż-Żurrieq se tkun qed ttella’ l-kunċert Music Sensations.
Id-dħul huwa b’xejn iżda d-donazzjonijiet miġbura se smorru kollha għal Dar Bjorn.
Din is-serata se tkun ippreżentata minn Pierre Cordina u Mykill u se jkunu qegħdin jieħdu sehem iż-żeffiena t’Alana Bondin.
Għall-aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur l-paġna ta’ Facebook tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq jew is-sit www.talkarmnuzurrieq.org.