Għaxaq Music Events ser jippreżentaw show bl-isem ta’ Long Live the Queen imtella’ mill-grupp Break Free, tribute band li hija meqjusa bħala waħda mill-aħjar fl-Ewopa għall-mużika tal-grupp leġġendarju Queen. Dan kollu se jsir fil-grounds ta’ Ħal Għaxaq li huma sinonimi ma’ kunċerti kbar li saru matul is-snin, ewlenin fosthom il-kunċert tal-grupp Modern Talking u tal-Winter Moods.
Dan l-ispettaklu ser joffri esperjenza mill-aqwa fejn se tiġi krejata l-atmosfera famuża tal-kunċerti kolossali li kienu jtellgħu il-Grupp Queen. L-ispettaklu ta dawl u sound ser ikun qiegħed jikkumplimenta dan kollu biex vermaent ikollna spettaklu mill-aqwa. L-esperjenza internazzjonali ta’ dan il-grupp qegħda twassal biex ikun milqugħ b’entużjażmu kbir mill-pajjiżi kollha fejn tellgħu il-kunċerti tagħhom fosthom r-Renju Unit, Spanja, l-Italja, Ġermanja u Franza.
Il-kantant tal-grupp huwa meqjus min bosta bħala wieħed mill-iktar li jqarreb il-vuċi tal-leġenda Freddie Mercury. L-ispettaklu live li joffri huwa xhieda ta dan. Hu studja metikożolament l-imġiba ta Freddiie Mercury meta jkun fuq il-palk u t-timbru tal- vuċi tiegħu jagħmluh uniku biex joffri spettaklu simili ħafna għal-dak li kulħadd jiftakar lil Freddie Mercury għalih.
Wara s-suċċess tal-film Bohemina Rhapsody li kien jitratta il-ħajja tal-leġġenda Freddie Mercury, dan il-kunċert żgur ser iġib memorji mill-isbaħ lil dawk kollha li jħobbu il-mużika tal-Queen. F’dan il-kunċert ser jindaqqu l-aktar diski li għamlu suċċess mill-grupp Queen fosthom The Show must Go on, Bohemian Rhapsody, We are the Champions, We will rock you u Love of my Life.
Il-Kuncert ta mużika live ser jibda fit-8pm fejn ser ikun hem il-gruppi Vinyl Pardaise u Airport Impression li ser jagħtu bidu għal da nil-kunċert mistenni fil-bidu tas-sjaf Malti. Pierre Cordina ser ikun qiegħed jippreżenta il-kunċert. L-organizzaturi ser jieħdu ħsieb jorganizzaw ukoll Parking areas għal dawk kollha li jattendu.
Id-dħul għal dan-kunċert huwa mingħajr ħlas u dawk kollha li ħa jattendu ser ikunu mitluba jagħmlu donazzjoni b’risq Dar Bjorn
Dawk kollha li jixtiequ informazjoni dwar dak kollu li ser ikun qed jiġri f’Ħal Għaxaq nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Mejju huma mistiedna izur il-paġna facebook Għaxaq Music Events.