Għat-tieni sena konsekuttiva, se jittella’ l-kunċert Versatile & Friends for ALS, b’risq il-ħolma ta’ Bjorn Formosa, li jibni dar ġdida u ikbar minn dik li diġà fetaħ f’Ħal Qormi.
Il-kunċert se jsir bis-sehem ta’ diversi artisti lokali fosthom Ira Losco, The Travellers u Red Electrick.
Bjorn Formosa qal li jixtieq jara lill-Maltin u l-Għawdxin kollha jingħaqdu u jattendu għal dan il-kunċert b’għan nobbli, fl-istess waqt li jgawdu lejla sajfija fi Pjazza San Ġorġ.
Bjorn qalilna li se “Nistiednu lil poplu Malti u Għawdxi kollu biex jattendi għal din l-attività li hija ssapportjata minn Visit Malta u bosta sponsors li offrew is-servizzi tagħhom biex tkun tista’ titella’ din l-attività unika ta’ mużika u ta’ kif ukoll solidarjetà. Dan il-proġett se nkunu nistaw niftħu l-proġett ta’ dar ġdida u ngħinu iktar nies.”
Dan l-avveniment se jsir bl-għajnuna tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Il-Ministru Konrad Mizzi stqarr li “Issa għandu ħolma oħra li joffri aktar servizzi permezz ta’ dar ġdida u aħna bħala gvern u bħal Malta Tourism Authority ikun jonqos jekk ma noffrux is-sapport kollu tagħna biex dan iseħħ.”
Il-kunċert Versatile & Friends for ALS se jsir l-Erbgħa filgħaxija fi Pjazza San Ġorġ.