Kont taf li f’madwar ħamsin sena, l-attendenza fil-knejjes għall-quddiesa ta’ nhar ta’ ħadd naqset b’erbgħa u għerbin fil-mija?Filwaqt li nqisu l-gżejjer Maltin bħala reliġjużi – iċ-ċensiment bbażat fuq l-attendenza għall-quddiesa ta’ nhar ta’ Ħadd tal-elfejn u tmintax wera kif kienu biss tmienja u tlettin fil-mija li qalu li jattendew.
Differenza kbira meta wieħed iqabbel mas-sena elf disa’ mija sebgħa u sittin fejn kienu tnejn u tmenin fil-mija li qalu li jattendu.
Iżda x’qed ibiegħed lin-nies mill-quddies ta’ nhar ta’ ħadd?
Kien 2,000 sena ilu li San Pawl rifes artna wara li ġifen li kien fuqu ħabat ma’ sikka fil-Gżejjer Maltin.
Il-kostituzzjoni tal-1964 stabbilixxiet it-twemmin Kattoliku bħala r-reliġjon ta’ Malta, u kien permezz tagħha li l-awtoritajiet tal-knisja ingħataw id-dritt u d-dover li jipprovdu t-tagħlim tar-reliġjon fl-iskejjel.
F’dak li għandu x’jaqsam mal-qima reliġjuża, Malta ma tagħmilx kompromessi.
Dan in-nazzjon bi predominanza kattolika għandu iktar minn tliet mija u sittin knisja fi spazju ta’ 316-il kilometru kwadru – bażikament nistgħu ngħidu li għandna knisja għal kull jum tas-sena.