Din is-sena malta tagħlaq ħamsin sena minn meta pparteċipat għall-ewwel darba fil-Eurovision. Dan hekk kif kien Joe Grech li tela’ l-Irlanda jirrappreżenta lil malta bil-kanzunetta Marija l-Maltija.
S’issa Malta għadha qatt ma kisbet l-ewwel post iżda kisbet it-tieni post darbtejn. L-ewwel darba fl-elfejn u tnejn bil-kanzunetta 7th Wonder kantata minn Ira Losco, u fl-elfejn u ħamsa bil-kanzunetta Angel kantata minn Chiara.
Kien fl-elf disa’ mija tnejn u disgħin meta Mary Spiteri kisbet it-tielet post bil-kanzunetta ‘Little Child’ u darb’oħra fl-elf disa’ mija tmienja u disgħin bil-kanzunetta ‘The One That I Love’ kantata minn Chiara.
Għal sittax-il sena sħaħ, Malta għażlet li ma tipparteċipax fil-Eurovision fejn għamlet ir-ritorna tagħha fl-elf disa’ mija wieħed u disgħin bil-kanzunetta ‘Could It Be’ kantata minn Paul Giordimaina u Georgina.
Malta kisbet l-aħħar post fi tliet okkażjonijiet. L-ewwel darba fl-elf disa’ mija wieħed u sebgħin, it-tieni darba s-sena ta’ wara bil-kanzunetta L-Imħabba u t-tielet darba fl-elfejn u sitta bil-kanzunetta ‘I Do’. Malta hija waħda mill-ftit pajjiżi li ma tilfitx prestazzjoni waħda mill-elf disa’ mija wieħed u disgħin.
Għal din is-sena se tkun Destiny li se tirrappreżenta lill-pajjiżna f’Rotterdam bil-kanzunetta Je Me casse… Tgħid se jmissna ċ-ċans li ngħollu t-trofew tal-ikbar festival tal-kant fl-Ewropa?