Matul din il-ġimgħa assistejna għal żewġ diskorsi li qanqlu diversi reazzjonijiet.
Id-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela mhux biss jispiralek fiduċja iżda kien mera ta’ kwalitajiet li wieħed irid jara f’mexxej ta’ pajjiż, filwaqt li min-naħa l-oħra d-diskos ta’ Bernard Grech kien innutat bħal wieħed b’wegħdiet mhux costed u bi kliem vag.
Fuq il-Budget, il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla bid-diskors kontra pajjiżu u skontu Malta dejjem fil-qiegħ.
Grech qal, “Kif ġabuna fl-aħħar snin, li wegħduna li se nkunu l-aqwa fl-Ewropa u fil-fatt spiċċajna dejjem fil-qiegħ tal-graphs.”
Skontu fi tmien snin, dan il-Gvern ma għamel xejn u sejjaħ is-sitt żieda li ta dan il-Gvern lill-pensjonati bħala waħda miżera.
Grech qal, “Iż-żieda miżera li tajtu lill-pensjonanti.”
Bernard Grech spiċċa jattakka l-investiment fl-infrastruttura u meta kien qed jitkellem dwar il-miżura li l-Gvern jagħti t-trasport pubbliku b’xejn mis-sena d-dieħla, huwa ddikjara l-kliem politika tal-molol.
F’diskors negattiv, fejn anke żbalja fuq fatti bażiċi, il-Kap tal-Oppożizzjoni għal aktar minn darba, tenna fuq il-ħela u qal li dan il-Budget jonfoq u iberbaq.
B’ton negattiv hu tenna, “Dan huwa Budget li sfortunatament jaħli, jonfoq.”
Min naħa tiegħu, fil-kontro-replika, il-Prim Ministru tkellem dwar il-miżuri soċjali li ikomplu jibnu mal-kisbiet li diġa għamel dan il-Gvern fejn fost l-oħrajn ħabbar kif f’Ottubru reġa’ ġie rreġistrat tnaqqis ta’ persuni fuq id-dipendenza soċjali.
Il-Prim Ministru qal, “F’Ottubru erġajna rreġistrajna tnaqqis ieħor ta’ persuni fuq id-dipendenza soċjali. Minn 14,000 fl-2013 għal anqas minn 6,400 persuna dan ixxahar”.
Il-Prim Ministru semma l-potenzjal li għandhom il-gżejjer Maltin u kif jemmen li jistgħu jkunu aħjar, isbaħ u aktar ġusti, u spjega li dan huwa budget storiku li nkiteb minn nies għan-nies.
Fil-parlament, il-Prim Ministru aċċenna wkoll għall-qasam ambjentali u sostna li ma jistax ikollna pajjiż aktar b’saħħtu jekk ma jkollnix ambjent aħjar.
Spjega kif, “Ma jistax ikollna pajjiż aktar b’saħħtu jekk ma jkollniex ambjent aħjar”
B’imħabba lejn pajjiżu u niesu, b’viżjoni ta’ Malta aħjar għall-ġenerazzjonijiet li jmiss, il-Prim Ministru Robert Abela spjega kif irid iħalli Malta għal uliedna.
Qal, “Magħqudin flimkien bħala Tim Malta. Għawdxin u Maltin. Se nibnu prosperità ġdida, din Malta li rridu għal uliedna.”