Il-Pulizija kkonfermaw ma’ ONE News li għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar, daħal rapport ta’ possibilità ta’ splussiv jew bomba f’kumpless ewlieni tax-xiri f’Tas-Sliema.
Nifhmu li dan il-kumpless ġie evakwat mill-ewwel.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ġew infurmati wkoll uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta mill-Explosive Ordnance Unit biex jassistu.
Fuq il-post hemm preżenza qawwija ta’ Pulizija li ċċirkondaw iż-żona.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.