Bidwi Għawdxi ngħata kumpens ta’ ħames mitt ewro wara li sostna li logħob tan-nar ħaraqlu parti mill-għalqa.
Il-bidwi, Joseph Sultana fetaħ il-kawża mat-Tribunal għat-Talbiet Żgħar, kontra s-Soċjeta Filarmonika La Stella tar-Rabat Għawdex dwar inċident li seħħ lura f’Lulju tal-elfejn u tmintax.
Il-bidwi qal li logħob tan-nar maħruq fuq l-għolja ta’ Gelmus niżel fuq l-għalqa tiegħu u spiċċa ħaraqlu parti mill-wiċċ tar-raba’.