Koppja li kienet involuta f’inċident sfortunat li ħalla mejjet qassis ta’ 27 sena, ingħatat kumpens ta’ €7,300.
Dan wara li l-Qorti tat deċiżjoni li l-vittma tal-inċident, Dun Rene Cilia, kien responsabbli tal-inċident li seħħ f’Novembru tal-2012.
Dun Rene kien qed isuq meta ħabat f’centra strip u baqa’ sejjer fuq in-naħa l-oħra tat-triq fejn kellu impatt ma’ vetturi oħra. Għalkemm il-kumpanija tal-assigurazzjoni kienet diġa’ ħallset lill-koppja tal-ħsarat, il-koppja marret il-Qorti targumenta li dan ma kienx biżejjed.
Dan għax kien hemm spejjeż mediċi u r-raġel sofra diżabbiltà ta’ madwar 2%.