Mara ta’ sitta u tletin sena li kienet taħdem bħala sovra intendenza għas-sigurta’ mal-kumpanija SL Shipping Management Limited ingħatat kumpens ta’ tletin elf ewro wara li sar magħruf li tkeċċiet inġustament.
Vanessa Chetcuti bdiet taħdem mal-kumpanija fl-ewwel ta’ Lulju tal-elfejn u għaxra iżda ftit aktar minn sentejn wara hija ngħatat l-ittra tas-sensja minħabba ristrutturar tal-kumpanija.
Fl-ittra kien intqal li r-responsabilitajiet tagħha se jgħaddu f’idejn Clive Mallia madankollu meta ntalbet biex tagħti trasferiment tar-responsabilitajiet tagħha isemma Matthew Refalo.
Dan tal-aħħar ma kienx impjegat mal-kumpanija imsemmija iżda ma’ kumpanija oħra sussidjarja tal-kumpanija li magħha kienet taħdem Chetcuti.
Il-mara ressqet protest quddiem it-tribunal li ta raġun u l-Qorti tal-appell ikkonferma d-deċiżjoni li l-mara sofriet inġustizzja.