Raġel ta’ 69 sena ġie ordnat iħallas €90,000 f’kumpens lill-werrieta ta’ raġel li qatel wara argument li nqala’ dwar żbir ta’ siġar f’parkeġġ f’Marsalforn f’Ġunju ta’ 6 snin ilu.
Gerald Galea, pensjonant Għawdxi miż-Żebbuġ diġà skonta s-sentenza ta’ 15-il xahar ħabs għall-qtil ta’ John Spiteri ta’ 54 sena wara li l-Qorti qieset ir-reat skużabbli minħabba li kien hemm element ta’ provokazzjoni.
Huwa ma kienx instab ħati li pprova joqtol lil iben il-vittma.