Ħaddiem ingħata kumpens ta’ €81,000 wara inċident fuq il-post tax-xogħol u li fih tilef subgħa meta kellu 39 sena.
F’każ kontra l-kumpanija Construct Furniture li kienet qed tħaddmu, il-Qorti ddeċidiet li l-kumpanija hija 85% responsabbli għall-inċident li seħħ fis-16 ta’ April tal-2015.
Fil-kawża quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff, dehru l-Avukati Dr Charlene Grima u Dr. Carina Nagiah għall-ħaddiem.