Mara tqila ngħatat kumpens ta’ tmint elef ewro, wara li ġiet imkexxija inġustament minn xogħolha.
F’Awwissu tal-elfejn u tmintax, il-mara ndunat li kienet tqila, u meta kienet sitt xhur tqila fi Frar ta’ wara, hija ppreżentat ċertifikat li kienet ma’ tiflaħx lid-direttur tal-kumpanija.
Waqt li kienet fuq sick leave, il-mara marret għand spiżjar f’Ħal Qormi, u faċċata tal-ispiżerija kien hemm uffiċċju, fejn marret tħallas għall-polza tal-assigurazzjoni.
Hekk kif kienet barra minn darha ġiet irrappurtata lill-imgħallem tagħha, hekk kif xi ħadd raha barra mid-dar.
Meta rritornat għal xogħolha, id-Direttur qalilha li tista’ żżarma.
Intqal li ma kienx ġustifikat li l-mara għamlet il-qadi f’dak il-ħin iżda l-proċess ta’ kif din tkeċċiet ma kienx ġustifikat lanqas.