Żewġ sidien ta’ stabbilimenti f’Paceville ġew ordnati jħallsu €25,000 f’kumpens lis-sidien ta’ lukanda li kienet tinsab fuq l-istess stabbilimenti.
Is-sidien tal-lukanda Giorgianis sostnew fil-Qorti li l-istabbilimenti Native u Haze baqgħu iżommu il-mużika b’volum għoli ħafna tul il-lejl kollu minkejja li l-permessi kienu validi sas-siegħa ta’ filgħodu.Kawża t’hekk, il-lukanda ħadet isem ħażin u tilfet ħafna negozju.
Is-sidien tal-lukanda ppreżentaw fil-Qorti testijiet tal-ħsejjes li saru minn kumpanija teknika, kif ukoll numru ta’ ‘recordings’ li saru mir-receptionist tal-istess lukanda.
Il-perit mqabbad mill-Qorti kkonkluda wkoll li l-operaturi tan-Native Bar kienu responsabbli għall-inkonvenjent ta’ ħsejjes li nħoloq fil-lukanda.
Kien għalekk li l-Qorti ordnat lis-sidien taż-żewġ taż-żewġ stabbilimenti sabiex iħallsu ħamsa u għoxrin elf ewro f’danni.