Impjegat tal-Freeport li sofra danni permanenti għal saħħtu kien ordnat kumpens ta’ €131,000.
Fi rikors għad-danni, il-ħaddiem Alexander Ciantar qal li weġġa’ f’Diċembru 2010 meta kien assenjat iwettaq manuvri li jikkonsistu fl-irbit f’kontenituri flimkien.
Biex jagħmel dan, kellu jitla’ sitt sulari ‘l fuq mill-moll, fuq il-vapur. Qal li ma ġiex pprovdut b’tagħmir ta’ komunikazzjoni u ma setax għalhekk jikkomunika mal-operatur tal-krejn. Dan tal-aħħar għamel manuvra li ħasdet lil Ciantar u spiċċa imbuttat fuq kontenitur.
L-Imħallef qal li ma setax jaċċetta prattiċi tax-xogħol li jfakkru fil-preistorja, minn post bħall-Freeport. Wara li evalwa l-livell ta ‘diżabilità u s-salarju ta’ Ciantar, ordnalu kumpens.