Il-mara u ż-żewġ ulied ta’ raġel li tilef ħajtu fuq il-post tax-xogħol, ingħataw kumpens ta’ disat’elef ewro.
Il-każ seħħ fl-elfejn u ħdax, meta fl-età ta’ sitta u sebgħin sena, John Fenech tilef ħajtu meta kien jaħdem it-Tarzna wara li żviluppawlu kumplikazzjonijiet tas-saħħa minħabba li għamel għexieren ta’ snin espost għall-asbestos.
Filfatt espert mediku fil-Qorti kkonferma li l-vittma miet b’kanċer fil-pulmun li żviluppalu minħabba l-espożizzjoni li kellu għall-asbestos meta kien jaħdem fil-Malta Drydocks.
Il-Qorti ordnat li qrabatu jingħataw kumpens ta’ disat’elef ewro, iżda ma jingħatawx kumpens għall-ispejjeż tal-funeral.