Qorti Franċiża ordnat lil awtorità Ġermaniża responsabbli mis-sigurtà tħallas sittin miljun ewro f’kumpens lil 20,000 mara li kellhom il-mili ta’ sidirhom falz difettuż.
Il-kumpanija TUV kienet involuta fi skandlu globali li ħalla impatt fuq eluf ta’ nisa. Kien fl-201- li ħareġ li l-kumpanija Franċiża Poly Implant Prothese (PIP) għamlet impjanti li ma kinux ta’ livell, b’silicon industrijali. Fost dawk li ċċertifikaw dawn l-impjanti, kien hemm il-Ġermaniża TUV Rheinland.
PIP laħqet esportat 80% tal-impjanti qabel kienet likwidata. Fil-Qorti ta’ Toulon fin-nofsinhar ta’ Franza, id-deċiżjoni kienet li TUV Rheinland tħallas €3,000 lil kull waħda mill-20,000 vittma. Dawn in-nisa minn kull rokna tad-dinja spiċċaw b’impjanti f’ġisimhom li jistgħu jkunu perikolużi ħafna jekk joħroġ xi materjal minnhom jew jinfaqgħu.