Kumpaniji teatrali minn ħames pajjiżi differenti se jkunu qed jipparteċipaw f’festival teatrali f’Malta bejn is-7 u l-11 ta’ Settembru.
Il-Festival Internazzjonali tat-Teatru ġie mniedi fl-2014 sabiex jikkomemora l-għoxrin anniversarju taċ-Ċentru Malti għad-Drama bħala l-iskola nazzjonali għall-arti tal-ispettaklu taħt id-Dipartiment għall-Edukazzjoni.
Il-Festival se jkun qed jinkludi numru ta’ workshops u diskussjonijiet sabiex ikun hemm skambju ta’ tradizzjonijiet u prattiċi teatrali.
Is-sena l-oħra żewġ gruppi Maltin ġew mistiedna sabiex jipparteċipaw f’festivals barra minn xtutna.
F’din l-edizzjoni se jkunu qed jipparteċipaw Malta, l-Alġerija, l-Kroazja, l-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun u l-Korsovo. Il-festival se jkun qed jittella’ fil-Forti Sant’ Anġlu bi tlett prestazzjonijiet kull leja fis-7,9 u l-10 ta’ Settembru filwaqt li l-workshops se jittellgħu fiċ-Ċentru għad-Drama fit-8,9 u 10 ta’ Settembru.
Għall-iktar informazzjoni u l-programm komplut tistgħu iżżuru www.mitfestival.com jew ċemplu fuq 21220665.