L-ogħla eżekuttivi tal-kumpaniji taż-żejt ewlenin fil-Punent se jkunu qed jixhdu quddiem il-kungress Amerikana. Huma qed jiġu akkużati fost oħrajn li żgwidaw lill-pubbliku dwar it-tibdil fil-klima.
Is-seduti se jkunu qed jiffokaw fuq il-fatt li għal numru ta’ snin il-kumpaniji ċaħdu li l-industrija tal-fjuwils l-aktar li jħammġu kellha rwol fit-tibdil fil-klima.
Min-naħa l-oħra l-kumpaniji sostnew li jixtiequ li matul is-seduti huma jitfgħu dawl fuq l-isforzi li għamlu reċentement biex jindirizzaw din il-materja.
Dan tħabbar ftit jiem biss ‘il bogħod qabel ma jibda s-summit COP26 dwar il-klima, fejn ħafna mexxejja tal-pajjiżi madwar id-dinja se jkunu qed jippreżentaw il-pjanijiet tagħhom biex inaqqsmu l-emmissjonijiet.