L-industrija Maltija tal-luminati għadha kif ħabbret li se tkun qed tnaqqas iz-zokkor fil-prodotti tagħha b’10% sal-2020. Dan bi qbil mal-bidliet li qablet magħom l-industrija tal-soft drinks Ewropea, fi sforz biex in-nies jikkonsmaw inqas zokkor.
It-tnaqqis fiz-zokkor f’kull prodott ifisser li jekk tieħu soft drink se tkun qed tieħu inqas kaloriji, fosthom f’prodotti bħal Coca-Cola, Pepsi u anke l-Kinnie.
Dan it-tnaqqis se jsir billi l-prodotti se tkun qed tinbidlilhom l-formula billi jintużaw ingredjenti li għandhom inqas zokkor. Se jkun hemm żieda fl-ammont ta’ pakketti iżgħar sabiex ikun hawn kontroll fil-porzjon u kif ukoll l-industrija se tkun qed tinvesti f’kampanja li tippromwovi l-prodott b’inqas zokkor.