Ħames kumpaniji lokali ingħaqdu biex qegħdin itellgħu inizjattiva li tħeġġeġ lill-pubbliku jkun parteċipi fit-tindif tal-baħar ta’ madwar il-kosta Maltija.
L-inizjattiva ġġib l-isem ta’ Clean Up Our Sea qed tistieden lil pubbliku sabiex jirrapporta problemi billi jċempel fuq żewġ numri skont jekk il-problema tikkonċernax it-Tramuntana jew in-Nofsinhar tal-pajjiż.
Din l-inizjattiva qed titella’ minn Aquaculture Resources Limited u appoġġjata minn MFF, AJD, Fish and Fish u Mareblu, f’tentattiv sabiex ikomplu joħolqu kuxjenza dwar it-tindif tal-baħar filwaqt li tħeġġeġ aktar kumpaniji jembarkaw fuq proġetti simili.
Wieħed jista’ jirraporta problema ta’ skart fil-baħar speċjalment dak li jkun ġej minn opri tal-baħar jew merkanzija li jkunu qed iġorru fuq 79890084 għat-Tramuntana u 79890085 għan-Nofsinhar.
It-tindif b’rabta ma’ dan il-proġett se jibqa’ għaddej sal-aħħar ta’ Settembru.