Il-Prim Minsitru żar żewg kumpaniji fiż-żona industrijali ta’ Ħal Far; Seifert u Chemi Pharma.
Huwa qal li dawn il-kumpaniji jservu biex ifakkruna fil-vjaġġ li għadda minnu pajjiżna fl-aħħar erba’ snin. Minn dejn u amministrazzjoni li qieset il-manifattura bħala settur li qed imut għal kumpaniji li qed jespandu b’mod kontinwu.
Joseph Mucat qal li huwa vot ta’ fiduċja mill-kumpaniji meta dawn jikbru u jħaddmu iktar nies.
“Il-miraklu ekonomiku ta’ pajjizna kkontribwixxew għalih dawn il-kumpaniji li waħedhom żiedu l-impjegati” qal Joseph Muscat.
Chemi Pharma Limited hija parti minn Italfarmaco Group u topera fis-settur tal-farmaċewtika. Il-kumpanija ġabet għoxrin miljun ewro investiment f’pajjiżna. Permezz tat-tkabbir, se tkun qed iżżid 80 ħaddiem b’kollox. 20 minnhom diġà bdew jaħdmu. B’kollox, 1,160 jaħdmu fultajm f’din l-industrija tal-farmaċewtika.
Il-kumpanija Ġermaniża Seifert ilha topera aktar minn ħamsin sena internazzjonalment. Seifert Systems Ltd bdiet bħala bħala kumpanija tal-familja u llum timpjega nies fil-Ġermanja, l-Iżvizzera, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Awstralja. F’Malta ilha topera b’suċċess għal 25 sena u dawn l-aħħar erba’ snin żiedet l-impjegati b’madwar 18% u issa tħaddem madwar 250 persuna fil-fabbrika f’Ħal Far. Permezz ta’ investiment addizzjonali, se tkun qed toħloq madwar ħamsin post tax-xogħol ġdid.
“Il-kunfidenza tagħhom hija xiedha ta’ kunfidenza fl-ekonomija Maltija” qal Joseph Muscat, li fir-ritratt jidher waqt iż-żjara f’Seifert.