“Lil Malta nħobbuha u nixtiequ li n-negozju tagħna jkompli jespandi.”
Dan kien is-sentiment ta’ żewġ kumpaniji stabbiliti barranin li ġew f’pajjiżna biex ikomplu jespandu n-negozju tagħhom fil-qasam tat-teknoloġiji diġitali.
F’kummenti ma’ ONE News waqt l-iStartup Festival, li din is-sena dan qed jingħaqad mat-tieni edizzjoni tat-TechXpo fl-MFCC f’Ta’ Qali, huma faħħru lil pajjiżna għall-iskop li hawn f’Malta għandhom l-opportunità li jifjorixxu fis-settur tagħhom.
Fil-fatt Jerry Hang, wieħed mill-ko-fundaturi ta’ kumpanija barranija li stabbiliet ruħha f’pajjiżna minn Frar li għadda, u li b’enerġija sostenibbli tagħmel id-deliveries, stqarr li minn dakinhar sa issa għamlu suċċess kbir b’iktar minn elfejn delivery f’ġurnata.
Qal, “Me and my cofounder we are from Malasia, and we have been staying in Malta since last year. We love Malta for the sun, the beach and because it is small, it is the best solution to launch our solutions. The second reason is because Malta itself they are looking for this business, so we want to empower them to save more cost to save environment.”
Intant, ko-fundatur ieħor ta’ kumpanija barranija differenti tkellem dwar il-mod ta’ kif in-negozju tiegħu ġie irrakkomandat mill-Kummissjoni Ewropea biex jiġi jopera minn pajjiżna. Huwa tenna li mhux biss qed ibassru li n-negozju tagħhom imur għall-aħjar imma jżid fid-domanda tiegħu fix-xhur u s-snin li ġejjin.
Qal, “We are here in Malta because we have a space problem and here you have a lot of space and we can solve the parking spaces. We came here from the European Commission, and I hope we can improve our business and increase our business here.”